John Bundy jippreżenta risposta għal-libell ta’ Silvio Scerri

Fil-Qorti, il-preżentatur John Bundy ippreżenta risposta għal-libell li għamillu ċ-Chief of Staff tal-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Silvio Scerri. Dan wara li Scerri kien fetaħ kawża ta’ libell kontra l-preżentatur, dwar dak li qal fuqu b’rabta mat-terminazzjoni ta’ Norman Vella minn mal-PBS.
John Bundy qal li l-konverżazzjoni privata li kellu mal-eks preżentatur ta’ TV Hemm qatt ma kellha tkun pubblika, u li dak li ntqal bejniethom ħareġ biss wara x-xhieda ta’ Vella quddiem il-Kummissjoni tal-Impjiegi.
Bundy qal li ma kien hemm xejn libelluż f’dak li qal lil sezzjoni tal-midja meta kien qed jirrakkonta li sema’ li wara t-tkeċċija ta’ Vella mill-PBS kien hemm Silvio Scerri.