Joħdulu l-liċenzja…u jmur id-dar bil-karozza

Raġel Ingliż li kien għadu kif ingħata ordni mill-Qorti biex ma jsuqx għall-perjodu ta’ sitt xhur, malli spiċċa mill-kawża, daħal fil-karozza u saq lejn id-dar.
Il-pulizija rat lil Kieron Pemberton, ta’ 29 sena dieħel fil-karozza u jsuq lejn daru eżatt wara li l-Maġistrat ħaditlu l-liċenzja.
Il-każ seħħ f’Manchester, ir-Renju Unit. Ftit wara li beda jsuq, il-pulizija laħqitu biex wara ftit reġa spiċċa l-Qorti, din id-darba ħareġ b’sentenza ta’ 12-il ġimgħa ħabs.