Ingredjenti
350g jogurt plain
1 ħjara
2 mgħaref meraq tal-lumi
2 rjus tat-tewm maħkuka sew
ftit żejt taż-żebbuġa
paprika
Metodu
Qaxxar il-ħjara u neħħilha kemm tista’ żerriegħa. Qattagħha biċċiet żgħar ħafna.
Ħallat l-ingredjenti kollha flimkien ħlief il-paprika.
Meta tkun ħallatt tajjeb, qabel isservi, roxx ftit paprika fil-wiċċ.