Joġġezzjonaw għal bini bieb u għatba maċ-ċimiterju Tork

Google

Il-Fondazzjoni Wirt Artna rreġistrat oġġezzjoni tagħha għall-iżvilupp propost viċin iċ-ċimiterju tal-Ottomani fil-qasam industrijali tal-Marsa. Il-Fondazzjoni kkonkludiet li kien żball li qed jiġi kkunsidrat żvilupp fis-sit li jinsab bieb u għatba maċ-ċimiterju. Appellat ukoll biex l-istrutturi li henn bħalissa jitneħħew u jitranġa biex jikkumplimenta ċ-ċimiterji kemm tal-Ottomani u anke dak tal-Lhud li jinsabu qrib xulxin.

L-Awotrità tal-Ippjanar irċeviet l-applikazzjoni għal bini ta’ tliet sulari garaxxijiet industrijali.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Mario Farrugia qal li l-Fondazzjoni qed tagħmel dan minħabba għadd ta’ raġunijiet. Ewlenija fosthom hemm li ċ-Ċimiterju Tork kien ikkummissjonat lill-Perit Emanuele Luigi Galizia li kien magħruf sew fis-seklu 19. Huwa magħruf ukoll li l-bini taċ-ċimiterju għandu karatteristiċi u stil arkitettoniku uniku għal Malta.

Farrugia qal ukoll li meta s-sit ġie ddisinjat kien maħsub li jkun iżolat mill-bini b’ambjent miftuħ.