Joffri € 17,000 biex jerfa’ l-vara ta’ Santa Marija fl-Imġarr

Read in English.

L-offerta tradizzjonali fl-Imġarr biex tinġarr l-istatwa ta’ Santa Marija din is-sena leħqet is-somma ta’€ 17,000 u reġgħet ntrebħat mill-grupp ta’ Wistin Vella.

Dan l-avveniment li fih issir l-offerta jattira għadd kbir ta’ nies fuq iz-zuntier tal-knisja fil-ġurnata tal-festa li fl-Imġarr issir Ħadd fuq Santa Marija u tibda wara t-tokki ta’ nofsinhar.

Din is-sena kien hemm żewġ gruppi li jissieltu għad-dritt li jerfgħu l-istatwa, bl-grupp ‘rivali’ jċedi mat-tħabbira ta’ Vella li kien qed joffri € 17,000, żieda ta’ €3,000 fuq l-offerta li l-istess Vella kien għamel is-sena li għaddiet.

L-offerta taf il-bidu tagħha fl-1922 meta l-istatwa kienet wasslet minn Marsilja u kien għad fadal xi dejn li tħallas b’irkant simili li sar mir-reffiegħa ta’ dak iż-żmien. Il-vara tal-madonna tintrefa’ minn 8 reffiegħa u 4 bil-forċina.