“Joe Mizzi ma kienx jistħoqqlu dan” – Il-koordinatriċi tal-komunikazzjoni

Read in English.

Joe Mizzi kien wieħed mit-tliet eks membri tal-kabinett li tqaċċat ‘il barra mir-rwol tiegħu. Il-Prim Ministru Robert Abela appunta l-kabinett il-ġdid illum u saret il-ħatra ftit sigħat wara.

Il-koordinatriċi tal-komunikazzjoni Charmaine Craus tellgħat post fuq Facebook fejn esprimiet l-ammirazzjoni tagħha lejn l-eks Ministru. Hi stqarret li ma kienx jistħoqqlu li ma jingħatax ministeru, għax qalet li Mizzi hu ħabrieki f’xogħolu u ġeneruż.

Craus ammettiet li hi kburija li ħadmet ma’ raġel onest bħalma hu Mizzi. Hi ddiskrevietu bħala raġel uniku u li kien jħadem minn wara l-kwinti filwaqt li jimxi b’lealtà lejn il-prinċipji. Hi qalet li tispera li Mizzi jsib ħin biex igawdi lill-familja u lin-neputijiet, li qatt ma qatta’ biżżejjed ħin magħhom minħabba l-irwol li kellu.

Apparti minn Mizzi, hemm Chris Cardona u Anthony Agius Decelis li ma ngħatawx rwol fil-kabinett il-ġdid.