Joe Mizzi jħabbar li Malta se terġa’ tħaffer għaż-żejt

Waqt l-intervent tiegħu fil-konferenza organizzata minn The Economist, il-Ministru responsabbli mit-trasport Joe Mizzi ħabbar li fiż-żmien li ġej, Malta se tħaffer bir għaż-żejt. It-tħaffir mistenni jsir 130 kilometru ‘l barra mill-kosta ta’ Malta u se tkun il-kumpanija Genel Energy li se tieħu ħsieb dan il-proġett.

Il-Ministru Mizzi qal li dan it-tħaffir se jsir skont qbil mal-liġi Ewropea u dik internazzjonali. Huwa spjega li fil-postijiet fejn se jsiru l-bjar, hemm ċans kbir li hemm ammont ta’ żejt fi "kwantitajiet kummerċjali".