Joe Cordina maħtur minn Konferenza Ġenerali – PL

Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li Joe Cordina ma ġiex maħtur Amministratur Finanzjarju mill-Mexxej Laburista imma ġie maħtur mill-konferenza ġenerali tal-2008. Il-Partit Laburista qal li kien wara din il-konferenza li nbidel l-istatut ta-partit u Joe Cordina kien ikkonfermat mill-Eżekuttiv Nazzjonali bħala l-Amministratur Finanzjarju.

Il-Partit Laburista qal ukoll li Joseph Muscat qatt ma kellu l-ebda tip ta’ negozju mas-Sur Cordina u qatt ma kellu l-ebda uffiċċju miegħu. Il-Partit Laburista kompla jgħid li Dr Muscat kien impjegat mal-kumpanija Crystal Finance Investments Limited u parti minn xogħlu kien illi jiltaqa’ ma’ klijenti li riedu jinvestu flushom. Dan sar, kompliet tgħid l-istqarrrija anke f’Għawdex għand diversi operaturi fosthom is-Sur Cordina u din il-ħidma kienet regolata mill-MFSA.

Il-Partit Laburista qal li se jibqgħu pożittivi b’kampanja viċin in-nies.