Joe Biden u Kamala Harris huma l-Persuna tas-Sena ta’ Time Magazine

Read in English.

Joe Biden u Kamala Harris huma l-Persuni tas-Sena għar-rivista Time għas-sena 2020.

F’nota editorjali, iir-rivista qalet li dawn iż-żewġ persuni ingħataw dan l-unur għax offrew tama li jirrestawraw u jġeddu l-Istati Uniti bl-elezzjoni tagħhom.

Minbarra dan, il-ġurnal qal li n-nies tal-Amerika raw, apprezzaw u għażlu dan wara l-ogħla parteċipazzjoni elettorali f’seklu, u ġabru 81 miljun vot, l-ikbar wieħed fl-istorja presidenzjali, apparti li d-distakk bejnhom u Trump kien ta’ 7 miljun vot li laħaq il-qofol tiegħu bil-qlib ta’ ħames stati Amerikani.