Joe Biden jirbaħ l-istat ta’ Georgia

Joe Biden huwa l-ewwel kandidat Demokratiku mill-1992 li rebaħ l-istat Amerikan ta’ Georgia. B’din ir-rebħa, Biden għandu 306-il vot tal-kulleġġ elettorali.

Il-President Donald Trump huwa mistenni li jirbaħ l-istat ta’ North Carolina u jkollu 232 vot. Trump għadu sa issa ma ddikjarax li tilef din l-elezzjoni.

Waqt konferenza dwar il-coronavirus fil-White House, għall-ewwel darba qal li jista’ jkun hemm amministrazzjoni ġdida fil-White House.

Trump qal li hu mħux se jagħmel lockdown fil-pajjiż biex jiġġieled il-pandemija. Huwa żied jgħid “Whatever happens in the future, who knows which administration it will be. I guess time will tell.”.