​Jodie Attard tingħata l-unur tax-xahar

Il-gowler ta’ Raiders (Luxol) FC,  Jodie Attard hija l-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għax-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2016.
Jodie ilha tilgħab fil-pożizzjoni ta’ gowler għal sena waħda biss, imma l-progress tagħha wassalha biex takkwista post regolari fit-tim tal-kbar minkejja li għadha tilgħab fil-kategorija tal-U17.
Matul Ottubru, Jodie, kif xieraq, ġiet imsejħa tilgħab mat-Tim Nazzjonali tal-U17 fejn kellha debutt tal-ħolm, bir-rebħa ta’ Malta ta’ 2-1 fuq il-Montenegro fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA tan-Nisa tal-U17.
Norman Bonello, il-Maniġer tal-Fergħa f’Tal-Ibraġ tal-Bank of Valletta ppreżenta t-Trofej tal-BOV Plejer tax-Xahar tan-Nisa għal Settembru u Ottubru 2016 lil Jodie Attard.