Il-għala Jodi sejra Dar l-Anġli?

Episodju ieħor as-sensiela Sorelle llum fit-3pm fuq TVM fejn se naraw lil  Bella tmur tiltaqa’ ma’ Janice u titlobha bil-ħniena biex twissi lil Maxine fuq xi ħaġa. X’inhi din il-ħaġa?

Luke Pandolfino jċempel lil Gina beix jagħtiha aħbar?

Min hi Amanda? Għaliex trid tiltaqa’ magħha Gina?

Jodi tmur Dar l-Anġli. Dwar xiex se jitkellmu hi u Ritienne?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. L-episodju jkollu repetizzjoni llejla fil-11.25pm u għada fis-6.15am.

Il-puntati kollha ta’ matul il-ġimgħa nhar is-Sibt se jixxandru min-nofsinhar ‘il quddiem fuq TVM2 wara li tintemm ix-xandira diretta marbuta mal-karnival.