Jobżoq lil raġel; jinżamm arrestat

Raġel ġie rrifjutat il-ħelsien mill-arrest minkejja li wieġeb mhux ħati li hedded raġel u beżaqlu.

Il-Libjan ta’ 40 sena, u li jgħix Birżebbugia, deher quddiem il-Maġistrat akkużat li hedded raġel Malti li kien se jkun vjolenti fil-konfront tiegħu, u saħansitra beżaqlu. Hu qed jiġi akkużat ukoll li ma kkoperax mal-Pulizija.

Filwaqt li d-difiża kkuntestat il-validità tal-arrest, il-prosekuzzjoni insistiet li l-arrest sar wara li l-pulizija ordnawlu biex ma jikkonfrontax lir-raġel l-ieħor u hu ma obdiex.