​Imut wara li nqaleb bit-tractor

Anzjan miet wara li nqaleb bit-tractor li kien qiegħed ġo fih.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1pm ġewwa għalqa fl-inħawi magħrufa bħala Xrobb l-Għaġin, f'Marsaxlokk.
Skont il-Pulizija fuq il-post issejjaħ tim mediku, fejn iżjed tard instab l-anzjan ta’ 74 sena, residenti Marsaxlokk maqbud taħt it-tractor. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Ritratti: Arkivji