Imut Mario Riolo l-eks-segretarju tal-Federazzjoni taċ-Ċikliżmu

L-eks-segretarju tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu Mario Riolo miet fl-età ta’ 68 sena.

Huwa kien attiv ħafna fil-kommunità Mostija fejn għamel ħafna ġid fosthom fl-istess Federazzjoni taċ-ċikliżmu, f’għaqdiet tal-parroċċa Mostija, f’oqsma oħra sportivi, kif ukoll fil-qasam soċjali. Hu kien ukoll membru attiv f’diversi gruppi u kummissjonijiet fil-parroċċa u fl-uffiċċju parrokkjali Mosti. Mario Riolo kien ingħata wkoll Ġieh il-Mosta fl-2018.

Il-funeral tiegħu se jsir illum l-Erbgħa 15 ta’ Jannar fil-Bażilka tal-Mosta fit-3.30pm.

Joe Bajada, is-Segretarju Ġenerali f’isem il-Federazjoni bagħat il-kondoljanzi lil martu Juliet, lill-familjari, qraba u ħbieb, kif ukoll lill-Mosta Cycling Club għat-telfa li ġarrbu.