Imut l-ewwel goalkeeper li kellu t-tim nazzjonali Malti

Tħabbret il-mewt tal-ewwel goalkeeper tat-tim Nazzjonali Malti Victor Scerri.

Scerri kien l-goalkeeper fl-ewwel partita internazzjonali ta’ Malta kontra l-Austria fl-24 ta’ Frar fl-1957 meta it-tim Malti fil-istadium tal-Gżira kien ta prestazzjoni mill-aqwa minkejja li spiċċa fuq n-naħa telliefa 3-2.

It-tim Malti kontra l-Austria. Victor Scerri jinsab fuq wara, tielet mix-xellug.

L-ex goalkeeper tat-tim tas-Sliema kien parti mill-iskwarda Slimiża li fl-1955-56 rebħet il- Quadruple Crown jiġifieri l-erba’ unuri li joffri l-futbol Malti.

Scerri kien ukoll kowċ nazzjonali fl-perjodu fejn tibqa’ tissemma’ it-telfa umiljanti li t-tim nazzjonali sofra kontra Spanja fl-iskor ta’ 12-1.

F’għeluq is-60 anniversarju minn meta t-Tim Nazzjonali Malti lagħab l-ewwel partita internazzjonali uffiċjali. Scerri hu l-ewwel wieħed quddiem mix-xellug.

Scerri miet fl-eta ta’ 91 sena.