Imut Capon l-eks difensur ta’ Atletico

L-eks difensur ta’ Atletico Madrid Jose Luis Capon miet fl-età ta’ 72 sena. Id-difensur li kien jilgħab ma’ tim fi Spanja tul is-snin 70, irnexxielu jirbaħ żewġ titli tal-league Spanjol, it-Tazza Spanjola u l-Intercontinental Cup.

Ma’ Atletico Capon lagħab 269 darba u kien onorat b’logħba testimonjali fl-1980. Fi stqarrija l-klabb qal li llum hija ġurnata ta’ luttu għall-familja rojiblanca. Il-klabb sellem lill-eks plejer tiegħu Jose Luis Capon Gonzalez. B’tifkira, il-bandiera  ġewwa Wanda Metropolitano għandha tittella mezzasta għal 24 siegħa f’isem il-leġġenda.

Il-klabb stqarr li l-familja ta’ Atletico tilfet simbolu ieħor ta’ kif ikun plejer li jagħti kollox lill-klabb kemm fill-grawnd kif ukoll barra minnu.

https://www.facebook.com/photo?fbid=644140536378012&set=a.387978191994249