Ikompli t-tfittix għall-vittmi tat-terremot fl-Indoneżja

An aerial view shows bridge damaged by an earthquake and tsunami in Palu, Central Sulawesi, Indonesia September 29, 2018. Antara Foto/Muhammad Adimaja via REUTERS

Fl-Indoneżja timijiet tas-salvataġġ qed ibatu biex jaslu f’żoni milquta mit-terremot u t-tsunami li laqat il-gżira ta’ Sulaweżi fost il-biża’ li l-għadd tal-vittmi jista’ jaqbeż l-400 ruħ li s’issa nstabu mejta hekk kif reġa’ sar kuntatt ma’ żoni remoti.

Għexieren ta’ nies huma rrappurtati maqbuda taħt it-terrapien f’lukanda u f’kumpless tal-ħwienet fil-belt ta’ Palu wara li din intlaqtet minn mewta kbira ta’ sitt metri riżultat ta’ terremot li tkejjel 7.5 fuq iskala Richter.

Bl-imwiet ikkonfermati biss f’Palu, l-awtoritajiet qed jilqgħu ruħhom għal affarijiet aktar ħżiena b’mod partikolari f’Dong-gala reġjun ta’ 300 elf ruħ fit-tramunata ta’ Palu trid l-epiċentru ta’ fejn seħħet it-theżżiża.

Il-Viċi President tal-Indoneżja Jusuf Kalla qal li l-għadd ta’ vittmi jista jilħaq eluf.