Ikompli l-iffirmar għal referendum kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa

Il-Koalizzjoni Kontra l-Kaċċa fir-Rebbiegħa qed tkompli bl-appell tagħha biex aktar Maltin jiffirmaw il-petizzjoni biex ikun jista’ jsir referendum dwar jekk għandiex tispiċċa għal kollox il-kaċċa fir-rebbiegħa.

Biex ikun jista’ jissejjaħ referendum iridu jinġabru iktar minn 34,000 firma ta’ persuni eleġibbli għad-dokument tal-vot.

Kelliem għall-Koalizzjoni Chris Debono qal li l-firem ilhom jinġabru minn Awwissu li għadda u ħeġġeġ aktar nies biex jgħinuhom jimlew il-karti tal-petizzjoni billi jikkuntattjaw lill-waħda mit-13-il għaqda li hi parti mill-Koalizzjoni.

L-għaqdiet huma: Alternattiva Demokratika, Birdlife Malta, Coalition for Animal Rights, Din l-Art Ħelwa, Flimkien għal Ambjent Ahjar, Friends of the Earth Malta, Gaia Foundation, Greenhouse Malta, International Animal Rescue Malta, Malta Organic Agriculture Movement, Moviment Graffiti, Nature Trust, Ramblers Association of Malta.