Jiżżewweġ iben Chris Fearne; “kburi”

Fi knisja vojta u bl-għadd ta’ persuni permessi bil-liġi minħabba l-pandemija tal-coronavirus, iżżewweġ it-tifel tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Julian u Claire żżewġu fil-Knisja tan-Naxxar.

Skont il-paġna ta’ Facebook ta’ Xarabank, il-cameraperson għal dan iż-żwieġ ma kien ħadd ħlief missier l-għarus, jiġifieri Chris Fearne.

Dalgħodu, Fearne tella’ fuq Facebook tiegħu ritratt tal-miżżewġin friski u stqarr li jinsab kburi.

#Proud! 29.5.20

Posted by Chris Fearne on Saturday, May 30, 2020