Jiżviluppa nar mill-kamra tas-sawna f’lukanda l-Qawra

Ħadd ma weġġa’ xħin nirien ħakmu lukanda ewlenija fil-Qawra, wara ħsarat fil-kamra tas-sawna.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan ma’ Newsbook.com.mt, u qalet li r-rapport daħal għall-ħabta tal-12.15pm.
Fuq il-post marru ambulanza u membri tal-Protezzjoni Ċivili li evakwaw in-nies u kkontrollaw in-nirien.