Jiżvela sigriet li żamm mistur tul ħajtu kollha

Episodju ieħor mis-sensiela Għeruq jixxandar illum is-Sibt fit-3.30pm fuq l-istazzjon Xejk.

Illum se naraw lil Joseph u Robert, ulied Bennard, imorru jfittxu lis-Sinjur tal-Imdina għax ikunu jridu jafu l-verità.

Bennard jistqarr ma’ martu li kellu kuġin l-Imdina, kuġin nobbli. Ikollu wkoll jiżvela s-sigriet li żamm mistur tul ħajtu kollha, li hu kien is-sid ta’ dawk l-għelieqi kollha. Jistqarr ix-xewqa tiegħu li ħadd ma jsir jaf b’dan kollu. Ikun jixtieq li dik l-art tibqa’ kif kien jafha hu fi tfulitu, kif kien qal meta kien għadu ċkejken, li qatt m’hi se tagħmel wisa’ għad-djar u vilel.

Imma jibqa’ mistur is-sigriet tiegħu? Se jirnexxielu jżomm kelmtu li l-art qatt ma tinbiegħ?

Għeruq hija produzzjoni ta’ Hermann Bonaci.