Jiżloga spallejh wara li waqa’ qrib Ħondoq

Żagħżugħ Franċiż li għandu madwar 20 sena sab ruħu f’diffikultà qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex. 
Lifeguards tal-Emergency Response and Rescue Corps assistew lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jgħinu liż-żagħżugħ li waqa’ minn fuq blata magħrufa bħala ‘Tal-Ħalfa’ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.30am.
L-ERRC marru fuq il-post bl-ambulanza tal-baħar Lifesaver 1 biex jassistu l-Franċiż li żloga spallejh.
Huwa ngħata l-ewwel għajnuna u mbgħad ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.