Jiżgassa u jipprova jidħol fil-kabina tal-bdoti

Żewġ passiġġieri u membri tal-ekwipaġġ weġġgħu meta passiġġier żgassa u daħal fil-kabina tal-bdoti.
L-inċident seħħ fuq ajruplan tad-Delta li telaq mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Seattle lejn Beijing.
Minħabba l-inċident l-ajruplan kellu jdur lura ftit wara li ħalla l-ajruport ta’ Seattle.
Il-linja tal-ajru ma tatx aktar informazzjoni dwar il-każ, ħlief li l-ajruplan kellu jirritorna minħabba “inċident ta’ sigurtà b’wieħed mill-passiġġiera.”
Ir-raġel ġie arrestat u r-raġuni għalfejn ipprova jidħol fil-kabina għadha mhux magħrufa.