Jiżfnu għall-ewwel darba waqt l-iSport Malta Awards 2015

Il-kowċis ta’ żfin ta’ KMS Skolasport Roxanne Gauci u Stacy Giordmaina, minbarra li għamlu l-għażla permezz ta’ audition, qed jippreparawhom għal din l-attività unika.
Stacy Giordmaina qalet li “il-klassijiet taż-żfin tagħna huma maħsuba biex jagħtu lill-istudenti l-opportunità li jitgħallmu d-dixxiplina taż-żfin, u fl-istess waqt jieħdu pjaċir jitħarrġu u jiżfnu fuq il-palk.
Kompliet li “il-kurriklu ta’ KMS Skolasport ikopri stili ta’ żfin li jvarjaw minn żfin modern u street dance għal musical theatre. Wara numru ta’ snin, qed naraw talent promettenti jifjorixxi fost il-parteċipanti tagħna u dan ix-xow se jkun pjattaforma ideali biex jidhru quddiem il-pubbliku.”
Kellogg’s, kumpanija ewlenija fid-dinja li tipproduċi ċ-ċereali, ilha toffri l-appoġġ tagħha lil KMS Skolasport għal dawn l-aħħar 15-il sena bħala parti mill-impenn tagħha biex turi li nutrizzjoni tajba, flimkien ma’ eżerċizzju fiżiku iwassal għal stil ta’ ħajja li hu tajjeb għas-saħħa.
Skolasport, permezz tad-Dipartiment tal-Programmi ta’ KMS, ilha toffri dawn il-klassijiet ta’ żfin tul dawn l-aħħar 11-il sena, b’uħud mill-istudenti ilhom jattendu mill-ewwel snin.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.