Jiżdiedu t-turisti li waslu Malta bil-cruise liners

Matul is-sena li għaddiet, l-ammont ta’ passiġġieri tal-cruise liners li waslu Malta żdied b’7% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
B’kollox, il-Port il-Kbir laqa’ 342 cruise liner, jiġifieri 26 vapur aktar mis-sena ta’ qabel.
Il-maġġoranza tal-passiġġiera kellhom bejn is-60 u s-79 sena u warajhom jiġu dawk li għandhom bejn l-40 u l-59 sena.
Fl-aħħar tliet xhur tal-2017 waslu Malta 187,280 passiġġier tal-cruise liners, jiġifieri żieda ta’ 5.5% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Tul dawn ix-xhur, total ta’ 2,858 passiġġier żaru Għawdex waqt li l-vapur kien irmunkat Malta, filwaqt li 11,769 passiġġier qattgħu minn tal-inqas lejl wieħed fuq il-vapur.
Tul dawn it-tliet xhur, 67.3% tat-turisti li wasslu Malta abbord cruise liner kienet ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, bil-maġġoranza tagħhom ikunu Taljani, Ġermaniżi, Franċiżi u Ingliżi.
Minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea waslu 61,267 passiġġier, il-maġġoranza tagħhom Amerikani.