Jiżdiedu rapporti ta’ hit and run f’Tas-Sliema

crash

Read in English.

Fl-2017, saru 122 rapport lill-pulizija f’Tas-Sliema dwar reati ta’ hit and run. Intant sa Mejju ta’ din is-sena, il-każi ta’ persuni li kkawżaw inċident fit-triq u baqgħu sejrin laħħqu s-36.
L-informazzjoni ġiet ipreżentata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia għal mistoqsija tad-deputat tal-PN, Karol Aquilina.
Is-sena li għaddiet ukoll kien hemm 54 każ ta’ ħsara fuq proprjetà ta’ ħaddieħor u 14 il-każ ta’ ħsara involontarja.
Kien hemm ukoll 4 każi fejn saret ħsara biż-żebgħa.
B’kollox is-sena li għaddiet saru 195 rapport dwar reati ta’ ħsarat f’tas-Sliema. Sa Mejju ta’ din is-sena saru 79 rapport ieħor.