Jiżdiedu r-roti fit-toroq Maltin

Matul is-sena li għaddiet kien hemm żieda ta' 16% tar-roti fit-toroq Maltin.
Dan ħareġ mir-rapport ta’ The Bicycle Advocacy Group, li jgħid li r-roti fl-ajruport żdiedu bi 23% filwaqt li f’Tas-Sliema żdiedu b’7%.
Wera wkoll li dawk li jimxu minn Tas-Sliema għal San Ġiljan żdiedu b’50%.
Filwaqt li minn Tas-Sliema għall-Belt Valletta l-mixi naqas bi 18% minħabba li tar-roti jużaw il-bus lane.
Il-grupp qal li dan juri li r-roti jintużaw aktar fejn hemm toroq siguri.
Spjega li filwaqt li r-roti motorizzati żdiedu ħafna fl-Ewropa, fl-Italja s-suq tagħhom kien wieħed kajman, b’żieda minima ta’ 3% fl-2014.
F’Malta l-bejgħ tagħhom fl-2014 niżel bi 15%.
Meta mqabbel mar-rota tradizzjonali, ir-rota motorizzata f’Malta mhix popolari daqs fl-Ewropa.