Jiżdiedu l-protesti fl-Istati Uniti wara l-qtil ta’ George Floyd

REUTERS/Carlos Barria

Persuni li qed jipprotestaw fl-Istati Uniti ġew fl-idejn mal-pulizija f’diversi bliet madwar l-Amerka fuq il-qtil mill-pulizija ta’ George Floyd, raġel Afro-Amerikan li ma kienx armat.

Skont il-BBC, il-gvernatur ta’ Minnesota qal li t-traġedja tal-mewt ta’ George Floyd fil-kustodja tal-pulizija nbidlet f’destruzzjoni.

Kien hemm il-vjolenza f’New York, Atlanta, Portland, u bliet oħra. Il-White House tpoġġa taħt lockdown b’mod temporanju.

Eks uffiċjal tal-pulizija f’Minneapolis qed jiġi akkużat b’omiċidju.

Derek Chauvin, li huwa abjad, deher f’filmat b’irkopptu fuq għonq Floyd it-Tnejn li għadda. Floyd għandu 46 sena. Tliet uffiċjal oħra tkeċċew mill-korp.