Jiżdiedu l-passiġġieri li għaddew minn Malta fi Frar

Matul ix-xahar ta’ Frar kienet reġistrata żjieda ta’ 4% fin-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet. B’hekk għat-tieni xahar tas-sena, ntlaħaq rekord ġdid t’ aktar minn 170,000 passiġġier.

Hu rrappurtat li s-seat load factor medju kiber bi kważi 2% u laħaq iċ-ċifra rekord ta’ 71%. Ir-Renju Unit baqa’ l-ikbar suq għal dan ix-xahar, b’żieda ta’ 7% filwaqt li l-Italja saret it-tieni l-akbar suq għal Frar, b’żieda konsiderevoli ta’ 16%.

Intant, bidu tajjeb għas-sena elfejn u tlettax, hekk kif fl-ewwel xahrejn tas-sena, n-numru ta’ passiġġieri żdied b’ 6% għal total t’ aktar minn 350,000 passiġġier.