Jiżdiedu l-passiġġieri li ġew bi cruise liners

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena l-passiġġieri li ġew Malta fuq cruise liner żdiedu bi 12% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li minn Jannar sa Ġunju ġew 268,358 persuna.
Madankollu l-ammont ta’ passiġġieri li ġew Malta fuq cruise liners bejn April u Ġunju naqas bi 8.6% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
L-istatistika turi li fit-tieni kwart ta’ din is-sena ġew Malta 183,143 persuni.
Intant 74% tagħhom ġew minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fosthom mir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Italja u Franza.
Iċ-ċifri juru wkoll li ftit aktar minn 4,000 minnhom marru Għawdex u 14,517 qattgħu mill-anqas lejl wieħed f’Malta fuq il-vapur.