Jiżdiedu bi 15% il-passiġġieri fuq il-karozzi tal-linja

Il-Malta Public Transport irreġistrat żieda ta’ 15% fil-passiġġieri li riekbu fuq il-karozzi tal-linja meta mqabbel mas-sena preċedenti.Dan hekk kif bejn Jannar u Marzu aktar minn 10.4 miljun passiġġier rikbu tal-linja.
Spjegat li din iż-żieda ma kinitx biss minħabba t-turisti iżda wkoll mill-passiġġieri Maltin. Dan hekk kif kien hemm żieda ta’ 10% fil-passiġġieri li użaw tal-linja card personalizzata.
Iċ-ċifri juru wkoll żieda ta’ 12% fl-użu tal-linja card mill-istudenti.
Temmet tgħid li se tkun qed tintroduċi aktar karozzi tal-linja fix-xhur li ġejjin.