​Jiżdiedu l-kwoti tas-sajd għat-tonn

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Clint Camilleri ħabbar li wara konsultazzjoni mas-sajjieda u mal-koperattivi, se tiżdied sostanzjalment il-kwota tat-tonn għad-dgħajjes ta’ taħt it-12-il metru.
Qal li taħt il-proċeduri tal-bycatch din il-kwota se tiżdied għal 26.3 tunnellata.
Spjega li dan ifisser ukoll li kull sajjied li huwa awtorizzat jistad għall-pixxispad, issa jista’ jdaħħal l-art 5% f’tonn bil-piż.
Clint Camilleri saħaq li l-Gvern irid jassigura s-sostenibbiltà tas-sajd artiġjanali Malti u Għawdxi, għax dan huwa pilastru importanti fl-ekonomija Maltija.
Ritratt: DOI – Anthony Sultana