Jiżdiedu l-persuni f’kura intensiva fil-Lombardija l-Italja

Alberto Giuliani - Tabiba fir-Ritratt - Annalisa Silvestri - Sors WikiCommonMedia

Read in English.

Il-Lombardija se jkollha tiftaħ l-isptar dedikat għall-COVID-19 fil-Fiera ta’ Milan jekk ma jifdalx sodod fl-ispazju iddedikat għall-kura intensiva fl-istess reġjun tat-Tramuntana tal-Italja. 

Dan qalu l-kap tat-taqsima responsabbli mas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, Antonio Pesenti, f’kummenti lill-ANSA.

Il-Lombardija, li tinkludi l-belt ta’ Milan, bħalissa għandha 150 sodda fil-kura intensiva disponibbli f’għaxar sptarijiet li għandhom spazji dedikati għall-COVID-19. Madwar tmien hubs oħra dedikati għall-coronavirus jistgħu jiġu attiviti jekk tiggrava s-sitwazzjoni, sostna Pesenti. 

Sat-Tlieta, kien hemm 63 persuna f’kura intensiva madwar ir-reġjun.