Jiżdiedu l-karozzi u l-passiġġieri li qasmu l-fliegu bejn Ottubru u Diċembru

Bejn Ottubru u Diċembru li għadda qasmu bejn Malta u Għawdex aktar minn miljun u 40,000 passiġġier. Dan ifisser żieda ta’ 1.8% meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2013.
L-ikbar għadd ta’ passiġġieri ġie rreġistrat f’Ottubru b’iktar minn 406,000 passiġġier.
In-numru ta’ vetturi li qasmu l-fliegu f’dawn it-tliet xhur kien jammontaw għal 298,700, żieda ta’ 3.8%.
Saru 4,750 vjaġġ, tnaqqis ta’ 0.5% fuq l-istess perjodu tal-2013.
It-tnaqqis ta’ vjaġġi u passiġġieri f’Novembru huwa attribwit għad-domanda kbira li kien hemm fl-2013 bil-Free Travel to Gozo Weekend.