Jiżdiedu l-imwiet fi Franza tlett ijiem qabel jittaffew il-miżuri

FILE PHOTO: REUTERS/Stephane Mahe

Read in English.

Fi Franza l-imwiet bil-coronavirus ilbieraħ telgħu għal 243 mill-178 tal-jum ta’ qabel, tlett ijiem qabel nhar it-Tnejn li ġej, fil-pajjiż jibdew jittaffew il-miżuri wara xahrejn ta’ lockdown.

B’hekk issa t-total ta’ mwiet fi Franza bil-virus huwa ta’ 26,230 persuna. Il-Ġimgħa kien hemm ukoll 642 każ ġdid.

L-Istati Uniti jibqa’ l-pajjiż bl-aktar imwiet. Warajh hemm ir-Renju Unit, l-Italja, Spanja u Franza. L-Italja lbieraħ saret it-tielet pajjiż li qabeż ir-rekord ta’ 30,000 mewta bil-coronavirus, b’243 persuna jitilfu ħajjithom nhar il-Ġimgħa.

Madankollu, in-numru ta’ każijiet ġodda naqas kemxejn, peress li l-Ħamis kien hemm 1,401, u l-Ġimgħa 1,327 każ ġdid. B’kollox fl-Italja mietu 217,185 persuna.

Fi Spanja l-imwiet telgħu għal 229 persuna lbieraħ, mentri jum qabel kien hemm 213-il mewta. Fadal madwar 222,000 każ tal-coronavirus fil-pajjiż.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn