Jiżdiedu l-impjiegi full u part-time

F’Marzu li għadda l-impjiegi full-time żdiedu b’3.6% waqt li l-part-time żdied b’6.3%.  Dan meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Skont informazzjoni miġbura mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ, l-impjiegi fis-settur pubbliku żdiedu b’4.5% waqt li fis-settur privat żdiedu bi 3.2%.
Il-persuni li rreġistraw bħala self-employed żdiedu b’433 waqt li dawk li rreġistraw bħala ħaddiema żdiedu b’5,116.
Minn Marzu 2013 sa Marzu 2014 kien hemm 2.5% u 5.6% aktar ta’ rġiel u nisa nisa li ħarġu jaħdmu.