Jiżdiedu l-immigranti li l-Ġermanja tibgħat lura

Skont l-Awstrija, kuljum il-Ġermanja qed tibgħat lura lejha immigranti li jew ma jkollhomx id-dokumenti meħtieġa inkella li ma jkunux iridu japplikaw għal status ta’ refuġjat fil-Ġermanja stess imma f’xi pajjiż Skandinavu.
Il-parti l-kbira ta’ dawk li qed jintbagħatu lura mhumiex Sirjani, imma Afgani, Marokkini jew Alġerini.
Il-medja ta’ dawk li ma jitħallewx fil-pajjiż telgħet minn 60 kuljum f’Diċembru għal 200 kuljum.
Il-vjolenza tal-massa li seħħet f’Cologne fl-Ewwel tas-Sena żiedet il-pressjoni fuq il-Gvern ta’ Angela Merkel.
14 mid-19-il suspettat ta’ din il-vjolenza, ġejjin mill-Marokk jew mill-Alġerija.
10 suspettati qed jitolbu l-ażil u disa’ aktarx kienu fil-Ġermanja b’mod illegali.