Jiżdiedu l-ilmenti li jirċievi l-Ombudsman

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Uffiċċju tal-Ombudsman reġa’ kellu żieda fl-ammont ta’ lmenti li tressqu quddiemu. Fl-2015,  l-Uffiċċju rċieva 611-il ilment, żieda ta’ 13.5% fuq is-sena 2014.
Ir-Rapport Annwali 2015, li jinkludi dawn id-dettalji  kif ukoll l-inizjattivi li ħa l-Ombudsman, ġie ppreżentat lill-Ispeaker Anġlu Farrugia mill-Ombudsman Parlamentari Anthony C Mifsud.
L-Ombdusman qal li l-2015 kienet sena sinifikanti, fejn minbarra li l-istituzzjoni għalqet 20 sena, kienet is-sena fejn intemmu x-xogħlijiet strutturali biex jipprovdu uffiċini ġodda u moderni.
Tista’ taqra r-rapport sħiħ hawn.
Ritratt: DOI – Jason Borg