Jiżdiedu l-baqar

Il-popolazzjoni tal-baqar fl-irziezet Maltin żdiedet b’519 għal 15,593 fl-2012. Dan meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Statistika tal-NSO turi li f’sena, in-numru tal-baqar żdied b’3.4% fuq is-sena ta’ qabel. Iż-żgħar ta’ inqas minn sena żdiedu bi 8.2% u dawk ta’ bejn sena u sentejn żdiedu b’5%.

Is-sena li għaddiet, kien hemm 308 razzett irabbi l-baqar. 126 razzett jikkonċentra fuq il-produzzjoni tal-ħalib. Bejniethom dawn irabbu 13,930 baqra. 18% tal-irziezet jitqiesu kbar għax irabbu iktar minn 100 baqra. Il-maġġoranza tal-irziezet jinsabu Malta filwaqt li 32.5% jinsabu f’Għawdex u f’Kemmuna.