Jiżdiedu l-attakki suwiċida u l-ġlied f’Mosul

F’Mosul qed ikun irrapurtat ġlied qalil u numru dejjem jikber ta’ attakki suwiċida hekk kif truppi Iraqqini qed jippruvaw jirbħu għal kollox il-belt minn idejn il-militanti tal-Istat Iżlamiku.
L-aħħar kwartier li għadu f’idejn il-militanti, magħruf ukoll bħala l-Belt l-Antika, kien ibbumbardjat b’attakki mill-arju u hu mistenni li jgħaddi f’idejn it-truppi lokali fi ftit jiem.
Minkejja dan, qed jiżdiedu l-attakki suwiċida, l-aktar minn militanti nisa, li qed jagħmluha dejjem iżjed diffiċli għat-truppi fuq l-art.
Il-ġlieda f’Mosul qed tkun mgħejjuna minn koalizzjoni mill-Istati Uniti li qed jaħdmu id f’id ma’ eluf ta’ suldati Iraqqini, militanti Kurdi u Sunni, fost oħajn.
F’Jannar li għadda, il-Gvern Sirjan ħabbar li Lvant ta’ Mosul għadda kompletament f’idejh iżda għad hemm diffikultà biex jirbaħ lura l-parti l-oħra.