Jiżdiedu l-abbonati għall-Internet u mowbajl – jonqsu dawk tat-TV u t-telefowns

In-numru ta’ persuni abbonati ma’ kumpaniji tal-mowbajls u l-Internet żdiedu filwaqt li, meta kkumparat mal-2012, dawk li abbonaw għal linja tat-telefown jew televiżjoni naqsu.

Matul it-tieni kwart tal-2013, dawk li abbonaw għal servizz tal-Internet ammontaw għal 142,299. Dan jimmarka żieda ta’ 6.2% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. 81% tat-total jużaw internet b’veloċità ta’ 10Mbps.

It-total ta’ persuni li huma abbonati għal servizz tat-televiżjoni ammonta għal 146,544, tnaqqis ta’ 1.3% meta mqabbel mal-istess żmien fl-2012.