Jiżdiedu dawk li jaqblu mal-poligamija

Minn stħarriġ li sar dan l-aħħar jirriżulta li 17% tal-Amerikani iqisu l-poligamija, jiġifieri li persuna tiżżewweġ aktar minn raġel jew mara waħda, bħala “moralment aċċettabbli.”
Sas-sena li għaddiet, kienu 14% tal-Amerikani li ma jaraw xejn ħażin bil-poligamija.
Ta’ din is-sena kienet l-ogħla rata mill-2003, jiġifieri minn kemm ilu jsir dan l-istħarriġ.
Minkejja li l-istħarriġ ta’ 3-7 Gallup Values and Beliefs Poll wera żieda fin-numru tal-Amerikani li jaqblu mal-poligamija, xorta waħda din tibqa’ waħda mill-aktar imġieba soċjali li l-Amerikani jarawha bħala suġġett taboo.
Sa qabel l-2011, il-kelma poligamija kienet tfisser li raġel ikollu aktar minn mara waħda. Fl-2011, id-definizzjoni nbiddlet u saret aktar newtrali  biex tinkludi persuni ta’ kull sess.
Minn dak iż-żmien, in-numru ta’ Amerikani li jqisu l-poligamija bħala “moralment aċċettabbli” baqa’ dejjem jiżdied.
Mill-istess stħarriġ jirriżulta li l-aktar persuni li jaqblu mal-poligamija huma dawk li ma jappartjenu għall-ebda reliġjon.
Bejn l-2011 u l-2017, 32% tal-Amerikani li ma għandhom l-ebda reliġjon iqisu l-poligamija bħala “moralment aċċettabbli.” Wara dawn hemm persuni li jħosshuhom parti minn reliġjon, imma mhux daqshekk reliġjużi jew prattikanti u dawk li jqisu lilhom infushom liberali.
L-Amerikani Kristjani huma l-inqas grupp li jqisu l-poligamija bħala moralment tollerabbli.