​Jiżdiedu b’14% t-turisti li jżuru Għawdex u Kemmuna biss

It-turisti li jżuru Għawdex u Kemmuna biss żdiedu bi kważi 14% fuq l-2015. Dawn kienu jammontaw għal kważi 85,000 persuna, skont rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Fl-2016, kważi nofs it-turisti li żaru Malta waslu bil-linji tal-ajru low-cost. It-turisti żdiedu b’10.2% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Bħala medja, t-turisti damu Malta għal medja ta’ sebat iljieli, tnaqqis ta’ 0.3% fuq l-2015.
Il-maġġoranza qagħdu f’akkomodazzjoni mikrija mill-privat.
Madwar 5% tat-turisti joqogħdu kemm f’Malta u f’Għawdex.