Jiżdiedu 667 każ tal-coronavirus fil-Ġermanja

Reuters

Read in English.

L-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-coronavirus fil-Ġermanja tela’ b’667 persuna. Dan biex b’hekk it-total ta’ każi pożittivi minn meta feġġ il-virus fil-pajjiż jitla’ għal 169,218.

Din l-informazzjoni ħarġet mir-Robert Koche Institute (RKI) for Infectious Diseases. Intant, ir-rata ta’ mwiet dalgħodu kienet timmarka li żdiedet bi 13-il persuna. Dan ifisser li s’issa, 7,395 persuna mietu fil-Ġermanja kawża tal-virus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn