Jiżdiedu 1,239 sodda fil-lukandi

In-numru ta’ sodod se jiżdied b’1,239, hekk kif preżentament għaddej ix-xogħol fuq 6 lukandi.
Dan ikkonfermah il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, fi tweġiba għall-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Laburista, Etienne Grech.
Il-Ministru kompla jgħid li wara li jitlesta x-xogħol se jkun hemm titjib fis-servizz offrut minn dawn il-lukandi, iżda l-klassifikazzjoni tagħhom se tibqa’ l-istess.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, hawn madwar 39,600 sodda mqassmin mal-173 lukanda jew guesthouse f’Malta.