Jiżdied l-interess fil-kampjonat tal-futbol femminili

Fil-logħba li kellna l-Ħadd li għadda, Hibernians ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0.
Hibernians imbagħad kellhom il-konfront dirett ma’ Birkirkara nhar il-Ġimgħa li għadda fl-Istadium Charles Abela tal-Luxol f’St. Andrews.
Kienu n-nisa Karkariżi li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-0 biex issa telgħu fl-ewwel post mal-istess Hibernians bi 42 punt.
It-Tnejn kellna dro ta’ 1-1 bejn Kirkop United u Mgarr United.
Mgarr għalhekk żiedu punt ieħor fit-tielet post b’31 punt.
Minn naħa l-oħra Kirkop United jinsabu fit-tielet post mill-aħħar bi 17-il punt.
Il-kampjonat femminili tal-ewwel diviżjoni jkompli nhar it-Tlieta 15 ta’ April fejn Raiders Luxol jilagħbu ma’ Pembroke Athleta, Birkirkara ma’ Gozo u Hibernians ma’ Mgarr United.
Mit-tieni Diviżjoni kellna żewġ logħbiet li ntlagħbu nhar it-Tlieta li għadda.
Hamrun Spartans ġew fi dro ta’ 1-1 mat-tim ta’ Fgura United filwaqt li kellna rebħa tajba għal Tarxien Rainbows fuq Lija/Iklin bl-iskor ta’ 4-0.
Għalhekk tkompli t-taqtigħa b’Tarxien li qegħdin fl-ewwel post b’34 punt, segwiti minn Hamrun b’33 punt u Fgura bi 32 punt.
Il-kampjonat tat-tieni diviżjoni jkompli nhar it-Tlieta 15 ta’ April fejn Vittoriosa Stars jilagħbu kontra Hamrun Spartans u Lija/Iklin jilagħbu kontra Fgura United.
Intant it-tim nazzjonali Malti tan-nisa nhar il-Ħamis li ġej fl-4pm, se jkun impenjat f'logħba ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Kanada fl-2015.
Il-Maltin se jilagħbu kontra l-Iżvizzera f'Herti-Allmend f'Zurich fl-Iżvizzera.