Jiżdied l-impjieg full-time u part-time

Matul ix-xahar ta’ Frar, il-persentaġġ ta’ persuni li jaħdmu full-time żdied bi 3.3% meta kkumparat mal-istess xahar tas-sena li għaddiet. Dawk li jaħdmu part-time żdiedu bi 5.8%.
Skont statistiċi miġbura mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ, l-ETC, jidher li fuq perjodu ta’ sena, il-ħaddiema żdiedu b’3.4% biex it-total ilaħħaq għal 168,288 persuna.
L-akbar tkabbir ġie attribwit għaż-żieda fil-persuni li jaħdmu full-time.
L-impjieg fuq bażi full-time fis-settur privat żdied b’total ta’ 2.9%. Il-persentaġġ ta’ ħaddiema fis-settur pubbliku żdied b’4.3%.