Jiżdied il-valur tal-laħam, tonqos il-produzzjoni

Il-produzzjoni tal-laħam fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet naqset bi 3%, filwaqt li l-valur żdied b’9%.

Dan meta kkumparat mal-istess perjodu tal-2011. Skont statistika tal-NSO, il-laħam taċ-ċanga żdied bi 22%, filwaqt li l-produzzjoni tal-majjal naqset bi 12%.

Il-valur tal-produzzjoni tal-laħam bejn Ottubru u Diċembru tal-2012 laħqet kważi €7 miljun ewro.