Jiżdied il-qgħad fl-Ewropa

Skont statistika maħruġa mill-Eurostat, l-ammont ta’ nies jaħdmu fl-Ewropa u fiż-żona ewro naqas b’0.3%.

Matul l-aħħar kwart tas-sena 2012, in-numru ta’ persuni jaħdmu naqas 0.3% fil-pajjiżi taż-żona ewro u bi 2% f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Meta dan l-istess perjodu jiġi kkumparat mas-sena ta’ qabel, il-persentaġġ ta’ persuni jaħdmu naqas 0.8% fiż-żona Ewro u b’0.4% f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.